Tqis lilek innifsek utent “tal-esperjenza” f’dak li għandu x’jaqsam mat-teknoloġiji mobbli.


1::Ma tużax wisq apps peress li l-ismartphone jsir inqas sigur.
2::Timblokka kull app li tista’ titniżżel u tuża biss dawk standard li jiġu mal-ismartphone tiegħek.
3::Tgħarbel it-talbiet għal permessi meta tuża jew tinstalla l-apps fuq l-ismartphone.

B’xorti ħażina, din it-tweġiba ftit li xejn għandha x’taqsam mas-sigurtà. Minflok, strateġija rilevanti sabiex tibqa’ sigur(a) hija li tgħarbel sew it-talbiet għal permessi meta tuża jew tinstalla apps jew servizzi fuq l-ismartphone. Għandek tikkunsidra wkoll il-fatt li ħafna mill-apps installati bil-lest għandhom aċċess għal dejta personali u sensittiva.

 

Filwaqt li din il-prattika tista’ tiżgura b’mod parzjali s-sikurezza tiegħek b’rabta mal-apps il-ġodda li tista’ tinstalla, tillimitalek ukoll l-użu tal-Internet u l-ismartphone. Strateġija ferm aħjar tkun li tgħarbel sew it-talbiet għal permessi meta tuża jew tinstalla apps jew servizzi fuq l-ismartphone. Għandek tikkunsidra wkoll il-fatt li ħafna mill-apps installati bil-lest għandhom aċċess għal dejta personali u sensittiva.

 

Din hija t-tweġiba t-tajba. Importanti li tiċċekkja x’inhuma t-talbiet għal permessi meta tinstalla softwer ġdid fuq apparati mobbli, eż. talba għal aċċess għad-dejta sensittiva tiegħek. Għandek tikkunsidra wkoll il-fatt li ħafna mill-apps installati bil-lest għandhom aċċess għal dejta personali u sensittiva.

 


Għandek smartphone tiegħek li bih tinnaviga fuq l-Internet u tuża diversi apps sabiex tkun aġġornat fuq servizzi lokali, it-temp, eċċ., u sabiex issib servizzi oħrajn, eż. biex issib l-aħjar ristorant fl-inħawi tiegħek. Spiss tirċievi avviżi sabiex tinstalla apps ġodda fuq l-apparat tiegħek.

 

Sabiex tkun żgur li l-apparat u d-dejta tiegħek jibqgħu siguri u sikuri, meta tinstalla app ġdida, tkun idea tajba li....