Meta tivvjaġġa għax-xogħol, spiss ikollok bżonn tuża n-netwerks tal-WiFi miftuħin, eż. fi stazzjonijiet tal-ferrovija jew kafetteriji.


1::Tuża l-funzjoni ta’ bbrawżjar privat tal-brawżer tiegħek.
3::Tuża Netwerk Virtwali Privat, jew “VPN”.
2::Itfi l-funzjoni ta’ qsim tal-fajls tal-apparat tiegħek.

L-ibbrawżjar privat joffrilek il-protezzjoni biss minn nies li jista’ jkollhom aċċess fiżiku għall-kompjuter tiegħek. Ma joffrilek l-ebda protezzjoni għall-komunikazzjoni tiegħek fuq in-netwerk miftuħ, li fih it-traffiku tal-internet huwa viżibbli għal kull min ikun fl-inħawi. L-użu ta’ Netwerk Virtwali Privat (“VPN”) ikun soluzzjoni li tiżgura s-sigurtà tal-komunikazzjoni tiegħek. VPN qisu mina privata sigura li tkun mibnija fuq netwerk pubbliku, u tiżgura s-sigurtà tal-komunikazzjoni minn naħa għall-oħra.

 

Din hija l-għażla t-tajba. Netwerk Virtwali Privat (“VPN”) qisu mina privata sigura li tkun mibnija fuq netwerk pubbliku, u tiżgura s-sigurtà tal-komunikazzjoni minn naħa għall-oħra.

 

Din hija tajba f’parti minnha. Meta titfi l-qsim tal-fajls iżżomm lil apparati oħrajn konnessi man-netwerk milli jaċċessaw il-fajls tiegħek, iżda dan mhuwiex sejjer jipprevjeni riskji għall-komunikazzjoni tiegħek fuq in-netwerk, eż. l-informazzjoni li tibgħat lis-sit web tal-midja soċjali li żżur, peress li t-traffiku tal-internet huwa viżibbli għal kull min jinsab fl-inħawi.

L-użu ta’ Netwerk Virtwali Privat (“VPN”) ikun soluzzjoni li tiżgura s-sigurtà tal-komunikazzjoni tiegħek. VPN qisu mina privata sigura li tkun mibnija fuq netwerk pubbliku, u tiżgura s-sigurtà tal-komunikazzjoni minn naħa għall-oħra.

 


Madankollu, taf li jista’ jkun hemm perikli f’netwerks miftuħin bħal dawn.

 

Sabiex tipproteġi l-komunikazzjoni tiegħek fuq dawn in-netwerks pubbliċi, dejjem...