L-aħħar darba kont qed tara l-aħbarijiet u smajt ġurnalist jitkellem dwar tip ġdid ta’ theddid ċibernetiku.


3::Ransomware
2::CryptoLocker
1::Botnet

Tabilħaqq, din hija t-tweġiba t-tajba. Ransomware huma familja emerġenti ta’ softwer malizzjuż (malware) użat minn persuni li jattakkaw sabiex jirrestrinġu l-aċċess għas-sistemi tal-kompjuter jew għad-dejta. Ngħidu aħna, ransomware jistgħu jirrestrinġu l-aċċess għal fajl ta’ utent billi jużaw kriptaġġi. Imbagħad, dawk li jattakkaw jitolbu “fidwa” (bl-Ingliż “ransom”) li trid titħallas sabiex jerġa’ jinfetaħ (jiġi dekriptat) il-fajl. Illum, il-maġġoranza assoluta tal-posta elettronika tal-phishing hija ransomware (eż. tirċievi ittra elettronika li fiha dokument mehmuż li jservi bħala għodda li tniżżel bil-moħbi l-malware finali). Kun af li l-CryptoLocker huwa eżempju ta’ ransomware.

Għal aktar informazzjoni dwar il-livell ta’ theddid marbut mar-ransomware (u theddidiet oħrajn), tista’ tikkonsulta l-ENISA Threat Landscape Report (p. 45), disponibbli hawnhekk: https://www.enisa.europa.eu/publications/etl2015

 

Din it-tweġiba hija tajba f’parti minnha biss. It-tweġiba t-tajba f’dan ix-xenarju hija Ransomware: familja ta’ softwer malizzjuż (malware) emerġenti użat minn persuni li jattakkaw sabiex jirrestrinġu l-aċċess għas-sistemi tal-kompjuter jew għad-dejta. Ngħidu aħna, ransomware jistgħu jirrestrinġu l-aċċess għal fajl ta’ utent billi jużaw kriptaġġi. Imbagħad, dawk li jattakkaw jitolbu “fidwa” (bl-Ingliż “ransom”) li trid titħallas sabiex jerġa’ jinfetaħ (jiġi dekriptat) il-fajl. Illum, il-maġġoranza assoluta tal-posta elettronika tal-phishing hija ransomware (eż. tirċievi ittra elettronika li fiha dokument mehmuż li jservi bħala għodda li tniżżel bil-moħbi l-malware finali).

Il-CryptoLocker huwa eżempju ta’ ransomware u għalhekk din it-tweġiba hija meqjusa bħala tajba f’parti minnha biss. Għal aktar informazzjoni ġenerika dwar il-CryptoLocker, ara dan l-artiklu minn The Guardian: https://www.theguardian.com/money/2013/oct/19/cryptolocker-attacks-computer-ransomeware

 

Għal aktar informazzjoni dwar il-livell ta’ theddid marbut mar-ransomware (u theddidiet oħrajn), tista’ tikkonsulta l-ENISA Threat Landscape Report (p. 45), disponibbli hawnhekk: https://www.enisa.europa.eu/publications/etl2015

 

Din mhijiex it-tweġiba t-tajba; botnet huwa netwerk ta’ kompjuters infettati li jistgħu jintużaw għal attivitajiet illegali (eż. ċiberkriminali) mingħajr ma jkun jaf sidhom. It-tweġiba t-tajba hija Ransomware: familja ta’ softwer malizzjuż (malware) emerġenti użat minn persuni li jattakkaw sabiex jirrestrinġu l-aċċess għas-sistemi tal-kompjuter jew għad-dejta. Ngħidu aħna, ransomware jistgħu jirrestrinġu l-aċċess għal fajl ta’ utent billi jużaw kriptaġġi. Imbagħad, dawk li jattakkaw jitolbu “fidwa” (bl-Ingliż “ransom”) li trid titħallas sabiex jerġa’ jinfetaħ (jiġi dekriptat) il-fajl. Illum, il-maġġoranza assoluta tal-posta elettronika tal-phishing hija ransomware (eż. tirċievi ittra elettronika li fiha dokument mehmuż li jservi bħala għodda li tniżżel bil-moħbi l-malware finali).

Għal aktar informazzjoni dwar il-livell ta’ theddid marbut mar-ransomware (u theddidiet oħrajn), tista’ tikkonsulta l-ENISA Threat Landscape Report (p. 45), disponibbli hawnhekk:

https://www.enisa.europa.eu/publications/etl2015

 


Essenzjalment, il-kriminali jidhru li jistgħu jużaw softwer malizzjuż sabiex ma jħallux lill-utenti jaċċessaw is-sistema tal-kompjuter jew il-fajls personali tagħhom. Imbagħad, il-kriminali jitolbu ħlas sabiex titneħħa r-restrizzjoni.

 

X’jisimha din it-theddida l-ġdida?