Ir-reputazzjoni hija l-opinjoni aggregata li n-nies inġenerali jkollhom dwar xi ħadd jew xi ħaġa fuq il-bażi tal-imġiba fl-imgħoddi.


3::Attakk Sybil
1::Attakk ta’ Phishing
1::Attakk ta’ Tiċħid tas-Servizz (“Denial of Service”)

Din hija t-tweġiba t-tajba. Fl-attakk Sybil il-persuna li tattakka toħloq diversi identitajiet (jiġifieri diversi kontijiet/profili) f’servizz online u tisfruttahom sabiex timmanipola punteġġ tar-reputazzjoni. Pereżempju, dawn id-diversi kontijiet jistgħu jintużaw sabiex jipprovdu “feedback” pożittiv għar-reputazzjoni lil kont magħmul mill-bejjiegħ frodulenti stess, li jwassal sabiex ir-reputazzjoni tiegħu tiżdied b’mod qarrieqi. Iktar tard, din ir-reputazzjoni qarrieqa tista’ tintuża mill-bejjiegħ frodulenti sabiex jisfrutta jew jiffroda lil utenti oħrajn. Għal aktar informazzjoni ara r-Rapport tal-ENISA: https://www.enisa.europa.eu/publications/archive/reputation-based-systems-a-security-analysis:

kif ukoll l-artiklu fuq Wikipedia:

https://en.wikipedia.org/wiki/Sybil_attack

 

Din it-tweġiba mhijiex tajba. Bil-Phishing, persuna li tattakka tipprova tiġbor dejta personali dwar l-utent (bħal passwords u numri tal-karta tal-kreditu) permezz ta’ apps foloz, SMS foloz, jew messaġġi tal-posta elettronika foloz li tista’ taħsibhom ġenwini. Dan l-attakk xejn ma għandu x’jaqsam mas-sistemi ta’ reputazzjoni. It-tweġiba t-tajba fost dawk ipprovduti hija l-attakk Sybil li bih il-persuna li tattakka toħloq diversi identitajiet (jiġifieri diversi kontijiet/profili) f’servizz online u tisfruttahom sabiex timmanipola punteġġ tar-reputazzjoni. Pereżempju, dawn id-diversi kontijiet jistgħu jintużaw sabiex jipprovdu “feedback” pożittiv għar-reputazzjoni lil kont magħmul mill-bejjiegħ frodulenti stess, li jwassal sabiex ir-reputazzjoni tiegħu tiżdied b’mod qarrieqi. Iktar tard, din ir-reputazzjoni qarrieqa tista’ tintuża mill-bejjiegħ frodulenti sabiex jisfrutta jew jiffroda lil utenti oħrajn. Għal aktar informazzjoni ara r-Rapport tal-ENISA: https://www.enisa.europa.eu/publications/archive/reputation-based-systems-a-security-analysis

kif ukoll l-artiklu fuq Wikipedia: https://en.wikipedia.org/wiki/Sybil_attack

 

Din it-tweġiba mhijiex tajba. Tiċħid tas-Servizz (“DoS”) huwa attakk li bih riżors f’netwerk (eż. sit web) ma jitħalliex disponibbli għall-utent. Dan mhuwiex eżempju ta’ manipolazzjoni tar-reputazzjoni online. It-tweġiba t-tajba fost dawk ipprovduti hija l-attakk Sybil li bih il-persuna li tattakka toħloq diversi identitajiet (jiġifieri diversi kontijiet/profili) f’servizz online u tisfruttahom sabiex timmanipola punteġġ tar-reputazzjoni. Pereżempju, dawn id-diversi kontijiet jistgħu jintużaw sabiex jipprovdu “feedback” pożittiv għar-reputazzjoni lil kont magħmul mill-bejjiegħ frodulenti stess, li jwassal sabiex ir-reputazzjoni tiegħu tiżdied b’mod qarrieqi. Iktar tard, din ir-reputazzjoni qarrieqa tista’ tintuża mill-bejjiegħ frodulenti sabiex jisfrutta jew jiffroda lil utenti oħrajn. Għal aktar informazzjoni ara r-Rapport tal-ENISA:

https://www.enisa.europa.eu/publications/archive/reputation-based-systems-a-security-analysis

kif ukoll l-artiklu fuq Wikipedia: https://en.wikipedia.org/wiki/Sybil_attack

 


Is-sistemi ta’ reputazzjoni online jagħmluha possibbli li r-reputazzjoni tintuża online. L-utenti tal-Internet jistgħu jissieħbu f’dawn is-sistemi sabiex jiksbu fiduċja fl-individwi li jinteraġixxu magħhom online, pereżempju bejjiegħ fuq sit web tal-kummerċ elettroniku. Suq online huwa l-iktar applikazzjoni komuni għal sistemi ta’ reputazzjoni online. Is-sistemi ta’ reputazzjoni jistgħu jkunu l-mira ta’ attakki minn entitajiet malizzjużi li jridu jisfruttaw relazzjonijiet ta’ fiduċja.

 

Liema minn dawn li ġejjin huwa attakk komuni fuq is-sistemi ta’ reputazzjoni online?