Fl-aħbarijiet ta’ filgħaxija, darba minnhom smajt lill-preżentatur jitkellem fuq it-theddida tal-Internet imsejħa “botnets”.


1::Il-botnets huma forma ta’ softwer malizzjuż.
3::Xi ħadd jista’ jibda jikkontrolla l-kompjuter tiegħi u jużah għal attivitajiet illegali, filwaqt li ma nkunx naf li s-sistema tiegħi ġiet attakkata.
2::Jista’ jkun li ma nkunx nista’ nuża servizz online jekk ikun affettwat minn botnet.

 It-tweġiba mhijiex tajba. Il-botnets huma netwerks ta’ kompjuters infettati li jistgħu jintużaw għal attivitajiet illegali (eż. ċiberkriminali) mingħajr ma jkun jaf sidhom. Malware jintuża sabiex jikkontrolla l-kompjuter, u l-botnets ikunu n-netwerk ta’ kompjuters infettati. Għad li l-botnets jistgħu jaffettwaw lill-kumpaniji, dawn għandhom implikazzjonijiet għall-utenti ordinarji wkoll. Għaldaqstant, it-tweġiba t-tajba hija li l-kriminali jistgħu jippruvaw jieħdu kontroll tal-apparati tiegħek (kompjuter, mowbajl) u jużawhom għal attivitajiet illegali, filwaqt li int ma tkunx taf li s-sistema tiegħek ġiet attakkata (jiġifieri li hija parti minn botnet).

Tista’ taqra aktar fuq il-botnets f’dan ir-rapport tal-ENISA:

 

https://www.enisa.europa.eu/publications/botnets-measurement-detection-disinfection-and-defence

 

Iva, din hija t-tweġiba t-tajba. Il-botnets huma netwerks ta’ kompjuters infettati li jistgħu jintużaw għal attivitajiet illegali (eż. ċiberkriminali) mingħajr ma jkun jaf sidhom. Għad li l-botnets jistgħu jaffettwaw lill-kumpaniji, dawn għandhom implikazzjonijiet għall-utenti ordinarji wkoll. Għaldaqstant, il-kriminali jistgħu jippruvaw jieħdu kontroll tal-apparati tiegħek (kompjuter, mowbajl) u jużawhom għal attivitajiet illegali, filwaqt li int ma tkunx taf li s-sistema tiegħek ġiet attakkata (jiġifieri li hija parti minn botnet).

Tista’ taqra aktar fuq il-botnets f’dan ir-rapport tal-ENISA:

https://www.enisa.europa.eu/publications/botnets-measurement-detection-disinfection-and-defence

 

Din hija tajba f’parti minnha. Il-botnets huma netwerks ta’ kompjuters infettati li jistgħu jintużaw għal attivitajiet illegali (eż. ċiberkriminali) mingħajr ma jkun jaf sidhom. Jistgħu jintużaw biex jipprevjenu l-aċċess għas-servizzi; madankollu, l-iskop wara l-ħolqien ta’ botnet normalment ikun ferm agħar minn hekk. Għad li l-botnets jistgħu jaffettwaw lill-kumpaniji, dawn għandhom implikazzjonijiet għall-utenti ordinarji wkoll. Għaldaqstant, it-tweġiba t-tajba hija li l-kriminali jistgħu jippruvaw jieħdu kontroll tal-apparati tiegħek (kompjuter, mowbajl) u jużawhom għal attivitajiet illegali, filwaqt li int ma tkunx taf li s-sistema tiegħek ġiet attakkata (jiġifieri li hija parti minn botnet).

Tista’ taqra aktar fuq il-botnets f’dan ir-rapport tal-ENISA:

https://www.enisa.europa.eu/publications/botnets-measurement-detection-disinfection-and-defence

 


Minkejja li isimhom jinstema’ bħal donnu ġej minn ktieb tal-fantaxjenza, dawn huma problema serja għal ħafna utenti.

 

Il-botnets kif jistgħu jaffettwawk?