Bħala konsegwenza tal-proliferazzjoni tat-teknoloġiji soċjali u l-użu tal-internet inġenerali, inħolqu ġabriet kbar ta’ dejta, li ġejjin minn sorsi differenti possibbli.


1::Botnets
1::Tiċħid tas-Servizz (“Denial of Service”)
3::Is-Serq tal-Identità

Din mhijiex it-tweġiba t-tajba. Il-botnets huma netwerk ta’ kompjuters infettati li jistgħu jintużaw għal attivitajiet illegali (eż. ċiberkriminali) mingħajr ma jkun jaf sidhom. Filwaqt li huma theddida ċibernetika kbira, ma għandhomx x’jaqsmu mal-Big Data. It-tweġiba t-tajba minn fost dawk ipprovduti hija s-Serq tal-Identità: l-azzjoni ta’ serq tal-informazzjoni dwar l-identità ta’ xi ħadd sabiex tkun tista’ tagħmilha ta’ birruħek li int ħaddieħor. Huwa meqjus bħala attakk emerġenti peress li l-iskoperta dejjem ikbar ta’ informazzjoni dovuta għall-big data tiffaċilita s-serq tal-identità minn persuni li jwettqu attakki malizzjużi.

 

Għal aktar informazzjoni, ara r-Rapport ENISA Threat Landscape 2015, disponibbli hawnhekk:

https://www.enisa.europa.eu/publications/etl2015

li jiddiskuti għadd ta’ theddidiet emerġenti marbutin mal-Big Data bħall-possibbiltà li dawk li jattakkaw jiskjeraw il-malware aħjar, fuq il-bażi tal-informazzjoni li jiġbru mill-Big Data (ara p. 77-80).  

 

Din it-tweġiba mhijiex tajba. Tiċħid tas-Servizz huwa attakk li bih riżors f’netwerk (eż. sit web) ma jitħalliex disponibbli għall-utent. Filwaqt li t-Tiċħid tas-Servizz huwa theddida ċibernetika serja, dan ma għandux x’jaqsam mal-big data. It-tweġiba t-tajba minn fost dawk ipprovduti hija s-Serq tal-Identità: l-azzjoni ta’ serq tal-informazzjoni dwar l-identità ta’ xi ħadd sabiex tkun tista’ tagħmilha ta’ birruħek li int ħaddieħor. Huwa meqjus bħala attakk emerġenti peress li l-iskoperta dejjem ikbar ta’ informazzjoni dovuta għall-big data tiffaċilita s-serq tal-identità minn persuni li jwettqu attakki malizzjużi.

 

Għal aktar informazzjoni, ara r-Rapport ENISA Threat Landscape 2015, disponibbli hawnhekk:

https://www.enisa.europa.eu/publications/etl2015

li jiddiskuti għadd ta’ theddidiet emerġenti marbutin mal-Big Data bħall-possibbiltà li dawk li jattakkaw jiskjeraw il-malware aħjar, fuq il-bażi tal-informazzjoni li jiġbru mill-Big Data (ara p. 77-80).  

 

Din hija t-tweġiba t-tajba minn fost dawk ipprovduti. Is-serq tal-identità huwa l-azzjoni ta’ serq tal-informazzjoni dwar l-identità ta’ xi ħadd sabiex tkun tista’ tagħmilha ta’ birruħek li int ħaddieħor. Huwa meqjus bħala attakk emerġenti peress li l-iskoperta dejjem ikbar ta’ informazzjoni dovuta għall-big data tiffaċilita s-serq tal-identità minn persuni li jwettqu attakki malizzjużi.

 

Għal aktar informazzjoni, ara r-Rapport ENISA Threat Landscape 2015, disponibbli hawnhekk:

https://www.enisa.europa.eu/publications/etl2015

li jiddiskuti għadd ta’ theddidiet emerġenti marbutin mal-Big Data bħall-possibbiltà li dawk li jattakkaw jiskjeraw il-malware aħjar, fuq il-bażi tal-informazzjoni li jiġbru mill-Big Data (ara p. 77-80).  

 


Din il-konċentrazzjoni tissejjaħ Big Data, u tista’ tiġi analizzata b’tekniki ġodda għal diversi skopijiet (eż. sabiex jiġu identifikati t-tendenzi). Madankollu, Big Data tista’ tiftaħ il-bieb għal attakki ċibernetiċi u problemi assoċjati mal-privatezza wkoll.

 

Liema mill-għażliet li ġejjin titqies li hija theddida ikbar għall-utenti ġenerali dovuta għall-big data?