Meta tiftaħ l-ittra elettronika, tara messaġġ interessanti iżda suspettuż mingħand kumpanija.


3::Phishing
1::Spyware
2::Spoofing

Din hija t-tweġiba t-tajba. Bil-Phishing, persuna li tattakka tipprova tiġbor dejta personali dwar l-utent (bħal passwords u numri tal-karta tal-kreditu) permezz ta’ apps foloz, SMS foloz, jew messaġġi tal-posta elettronika foloz li tista’ taħsibhom ġenwini. Il-persuna li tattakka tista’ titolbok tipprovdi d-dejta tiegħek direttament (jiġifieri billi twieġeb b’ittra elettronika) jew billi żżur sit web li tipproponilek. Qatt ma għandek twieġeb messaġġ li jidher li huwa phishing.

 

Għal aktar informazzjoni, ara https://www.enisa.europa.eu/topics/national-csirt-network/glossary/phishing-spear-phishing

 

Din it-tweġiba mhijiex tajba. Spyware huwa softwer malizzjuż li jiġbor bil-moħbi informazzjoni dwar l-utenti u l-attivitajiet tagħhom sabiex jużaha għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, bħall-ipprofilar jew ir-reklami mmirati. Spyware bħal dan spiss jidher li huwa softwer b’rieda tajba, installat bil-kunsens tal-utent, li jitlob u jabbuża minn privileġġi li jmorru lil hinn minn dawk meħtieġa għall-iskop iddikjarat tal-app. It-tweġiba t-tajba fost dawk ipprovduti hija l-Phishing: Bil-Phishing, persuna li tattakka tipprova tiġbor dejta personali dwar l-utent (bħal passwords u numri tal-karta tal-kreditu) permezz ta’ apps foloz, SMS foloz, jew messaġġi tal-posta elettronika foloz li tista’ taħsibhom ġenwini. Il-persuna li tattakka tista’ titolbok tipprovdi d-dejta tiegħek direttament (jiġifieri billi twieġeb b’ittra elettronika) jew billi żżur sit web li tipproponilek. Qatt ma għandek twieġeb messaġġ li jidher li huwa phishing.

 

Għal aktar informazzjoni, ara https://www.enisa.europa.eu/topics/national-csirt-network/glossary/phishing-spear-phishing

 

Din it-tweġiba mhijiex tajba; iżda tista’ titqies li hija tajba f’parti minnha biss. Spoofing hija s-sitwazzjoni li fiha ċiberattakk isir billi jiġi pprovdut servizz malizzjuż (eż. sit web, hotspot tal-WiFi) li taparsi huwa servizz leġittimu. L-indirizz tal-posta elettronika (jiġifieri l-informazzjoni dwar l-emittent murija fl-ittri elettroniċi) jista’ jkun “spoofed” u dan spiss ikun il-każ fl-ittri elettroniċi spam. Iżda t-tweġiba t-tajba fost dawk proposti hija l-Phishing, li huwa l-każ meta persuna li tattakka tipprova tiġbor dejta personali dwar l-utent (bħal passwords u numri tal-karta tal-kreditu) permezz ta’ apps foloz, SMS foloz, jew messaġġi tal-posta elettronika foloz li tista’ taħsibhom ġenwini. Il-persuna li tattakka tista’ titolbok tipprovdi d-dejta tiegħek direttament (jiġifieri billi twieġeb b’ittra elettronika) jew billi żżur sit web li tipproponilek. Qatt ma għandek twieġeb messaġġ li jidher li huwa phishing.

 

Għal aktar informazzjoni, ara https://www.enisa.europa.eu/topics/national-csirt-network/glossary/phishing-spear-phishing

 


 Il-messaġġ jista’ jkun li “rbaħt il-lotterija” u l-kumpanija talbitek dettalji personali u bankarji speċifiċi sabiex tkun tista’ tibgħatlek somma kbira ta’ flus fil-kont tal-bank tiegħek.

 

Dawn l-ittri elettroniċi huma tip komuni ta’ ċiberattakk li jissejjaħ.....