Malware huwa softwer li għandu skop malizzjuż li jagħmel il-ħsara lill-utenti u l-apparati tagħhom.


1::L-aġġornar tal-antivirus tiegħi għandu jsir biss jekk ma nippeċċjax b’mod regolari s-sistema operattiva tiegħi b’softwer korrettiv.
3::L-aġġornar tal-antivirus jipproteġi l-kompjuter tiegħi minn malware maħluq ġdid.
2::L-aġġornamenti tal-antivirus jiżguraw li l-kompjuter tiegħi jaħdem kif suppost.

Din mhijiex it-tweġiba t-tajba. It-tajba hija li l-aġġornar tal-antivirus jipproteġi l-kompjuter tiegħek minn malware maħluq ġdid. Normalment, dan jinkludi “fajls tal-firma” ta’ malware ġdid, jiġifieri informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-malware. B’hekk, l-antivirus għandu jiġi aġġornat ta’ spiss, idealment kuljum. Kun af li għad li l-ippeċċjar b’softwer korrettiv tas-sistema operattiva tiegħek huwa wkoll importanti għas-sigurtà, dan ma jipproteġikx għall-malware kollu l-ġdid, u għalhekk għandek bżonn taġġorna l-antivirus tiegħek.  

 

Din hija t-tweġiba t-tajba. L-aġġornamenti tal-antivirus joffrulek l-aħħar protezzjoni kontra forom ġodda ta’ malware. Normalment, dan jinkludi “fajls tal-firma” ta’ malware ġdid, jiġifieri informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-malware. B’hekk, l-antivirus għandu jiġi aġġornat ta’ spiss, idealment kuljum. Kun af li għad li l-ippeċċjar b’softwer korrettiv tas-sistema operattiva tiegħek huwa wkoll importanti għas-sigurtà, dan ma jipproteġikx għall-malware kollu l-ġdid, u għalhekk għandek bżonn taġġorna l-antivirus tiegħek

 

L-aġġornar tas-softwer antivirus ftit li xejn għandu x’jaqsam ma’ kif jaħdem il-kompjuter (għad li ċerti vajrusis jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tiegħu u, b'hekk, din it-tweġiba mhijiex ħażina għalkollox). It-tweġiba t-tajba hija li l-aġġornar tal-antivirus jipproteġi l-kompjuter tiegħek minn malware maħluq ġdid. Normalment, dan jinkludi “fajls tal-firma” ta’ malware ġdid, jiġifieri informazzjoni għall-identifikazzjoni tal-malware. B’hekk, l-antivirus għandu jiġi aġġornat ta’ spiss – idealment, kuljum. Kun af li għad li l-ippeċċjar b’softwer korrettiv tas-sistema operattiva tiegħek huwa wkoll importanti għas-sigurtà, dan ma jipproteġikx għall-malware kollu l-ġdid – għalhekk għandek bżonn taġġorna l-antivirus tiegħek.

 


Protezzjoni rilevanti f’dawn il-każijiet hija li jiġi installat softwer antivirus. Madankollu, lanqas dan ma huwa biżżejjed peress li l-antivirus irid jiġi aġġornat b’mod regolari.

X’inhi l-perspettiva tiegħek dwar il-bżonn li jiġi aġġornat l-antivirus?