Int tuża apps tal-mowbajl il-ħin kollu.


2::Tara li ma jkunx hemm xi ħlas moħbi meta tniżżel app.
3::Tara li l-app tkun ġejja minn sors reputabbli.
1::Tevita milli tinstalla wisq apps.

Filwaqt li huwa importanti li tara li ma hemm ebda ħlas moħbi meta tinstalla l-apps, hemm passi iktar importanti li tista’ tieħu sabiex tiżgura s-sigurtà tiegħek (li jkopru wkoll il-każ ta’ ħlasijiet moħbijin possibbli). It-tweġiba t-tajba hija li għandek tara li l-app tkun ġejja minn sors li tista’ tafda. Qatt ma għandek tinstalla softwer fuq l-apparat sakemm ma jkunx ġej minn sors fdat.

Barra minn hekk, ara li, speċjalment jekk l-app hija mingħajr ħlas, tifhem bis-sħiħ liema dejta personali tuża u ara li int taqbel ma’ dan.

 

Din hija t-tweġiba t-tajba. Qabel ma tinstalla jew tuża apps jew servizzi ġodda tal-ismartphone, importanti li tara x’reputazzjoni għandhom. Qatt ma għandek tinstalla softwer fuq l-apparat sakemm ma jkunx ġej minn sors fdat. Barra minn hekk, ara li, speċjalment jekk l-app hija mingħajr ħlas, tifhem bis-sħiħ liema dejta personali tuża u ara li int taqbel ma’ dan.

 

In-numru ta’ apps installati mhuwiex kruċjali f’termini ta’ sigurtà. It-tweġiba t-tajba hija li għandek tara li l-app tkun ġejja minn sors li tista’ tafda. Qatt ma għandek tinstalla softwer fuq l-apparat sakemm ma jkunx ġej minn sors fdat. Barra minn hekk, ara li, speċjalment jekk l-app hija mingħajr ħlas, tifhem bis-sħiħ liema dejta personali tuża u ara li int taqbel ma’ dan.

 


Għandek apps li qegħdin jużawhom it-tfal tiegħek sabiex jilagħbu u jitgħallmu. Għandek apps li tuża fil-ħin liberu tiegħek sabiex iżżomm ruħek aġġornat fuq x’inhu jiġri f’pajjiżek. Għandek apps li tuża sabiex tibqa’ f’kuntatt ma’ sħabek. Kull meta tara app interessanti, tkun tridha u l-istint tiegħek huwa li tniżżilha u tinstallaha.

 

Madankollu, sabiex tibqa’ sigur u sikur, l-aħjar ħaġa hi li...