Dan l-aħħar fl-istampa sikwit tisma’ li organizzazzjonijiet u kumpaniji sfaw vittmi ta’ ċiberattakki.


1::Hacking etiku
1::Trolling
3::Theddida Interna

Din mhijiex it-tweġiba t-tajba. Il-Hacking Etiku huwa prattika pożittiva u hacker etiku huwa professjonist li jgħin lill-organizzazzjonijiet itejbu ċ-ċiberdifiżi tagħhom (eż. billi jipprova jikseb aċċess mhux awtorizzat f’sistemi protetti sabiex jivvaluta s-sigurtà).

It-tweġiba t-tajba hija Theddida Interna. Filwaqt li wieħed malajr jista’ jaħseb li ċ-ċiberattakki jiġu minn sorsi fuq barra, spiss l-attakki jiġu minn ġewwa. It-theddida interna, pereżempju impjegat, tista’ tikseb aċċess għas-sistemi jew in-netwerks tal-kompjuter ta’ organizzazzjoni, u mbagħad twettaq attivitajiet dannużi jew kriminali kontra l-organizzazzjoni. Madankollu, ammont sinifikanti ta’ theddidiet interni ġejjin minn żbalji mhux apposta min-naħa tal-utenti.

Għal aktar informazzjoni dwar it-theddid intern u l-livell attwali ta’ riskju li għandu dan, tista’ tikkonsulta r-Rapport ENISA Threat Landscape, u b’mod partikolari t-taqsima 3.8, disponibbli hawnhekk: https://www.enisa.europa.eu/publications/etl2015

 

Din mhijiex it-tweġiba t-tajba. Fil-lingwaġġ tal-Internet, troll huwa persuna li tqassam informazzjoni, pereżempju forum online jew Siti Web tan-Netwerks Soċjali, sabiex iddejjaq lin-nies jew ittellef konverżazzjoni online. It-tweġiba t-tajba hija Theddida Interna. Filwaqt li wieħed malajr jista’ jaħseb li ċ-ċiberattakki jiġu minn sorsi fuq barra, spiss l-attakki jiġu minn ġewwa. It-theddida interna, pereżempju impjegat, tista’ tikseb aċċess għas-sistemi jew in-netwerks tal-kompjuter ta’ organizzazzjoni, u mbagħad twettaq attivitajiet dannużi jew kriminali kontra l-organizzazzjoni. Madankollu, ammont sinifikanti ta’ theddidiet interni ġejjin minn żbalji mhux apposta min-naħa tal-utenti.

 

Għal aktar informazzjoni dwar it-theddid intern u l-livell attwali ta’ riskju li għandu dan, tista’ tikkonsulta r-Rapport ENISA Threat Landscape, u b’mod partikolari t-taqsima 3.8, disponibbli hawnhekk: https://www.enisa.europa.eu/publications/etl2015

 

Tabilħaqq, din hija t-tweġiba t-tajba. Filwaqt li wieħed malajr jista’ jaħseb li ċ-ċiberattakki jiġu minn sorsi fuq barra, spiss l-attakki jiġu minn ġewwa. It-theddida interna, pereżempju impjegat, tista’ tikseb aċċess għas-sistemi jew in-netwerks tal-kompjuter ta’ organizzazzjoni, u mbagħad twettaq attivitajiet dannużi jew kriminali kontra l-organizzazzjoni. Madankollu, ammont sinifikanti ta’ theddidiet interni ġejjin minn żbalji mhux apposta min-naħa tal-utenti.

Għal aktar informazzjoni dwar it-theddid intern u l-livell attwali ta’ riskju li għandu dan, tista’ tikkonsulta r-Rapport ENISA Threat Landscape, u b’mod partikolari t-taqsima 3.8, disponibbli hawnhekk: https://www.enisa.europa.eu/publications/etl2015

 


L-idea popolari hija li dawn l-attakki jitwettqu mill-hekk imsejħin hackers b’rieda ħażina li huma esterni għal organizzazzjoni. Madankollu, diversi osservazzjonijiet juru li ħafna minn dawn l-attakki jitwettqu minn impjegati/uffiċjali jew eks impjegati tal-organizzazzjonijiet.

 

X’inhu l-isem komuni li jingħata lil dan l-aħħar tip ta’ theddida?