L-ibbrawżjar privat huwa funzjoni disponibbli fil-brawżers ewlenin kollha.


2::Il-Fornitur tas-Servizz tal-Internet tiegħek biss jaf x’għamilt.
1::Iva, ħadd ma jista’ jkun jaf x’għamilt online.
3::L-ibbrawżjar privat jipproteġik biss minn nies b’aċċess fiżiku għall-kompjuter.

Din it-tweġiba hija parzjalment tajba biss. L-ibbrawżjar privat joffrilek il-privatezza minn nies b’aċċess fiżiku għall-kompjuter tiegħek. Ħafna organizzazzjonijiet inkluż il-Fornitur tas-Servizz tal-Internet (“ISP”) tiegħek kif ukoll il-fornituri tal-paġni web li żżur (eż. in-netwerks soċjali) xorta waħda jistgħu jsiru jafu x’għamilt online. Kun af ukoll li jekk xi ħadd qiegħed imqabbad mal-istess netwerk lokali bħalek, dan jista’ jinterċetta t-traffiku mhux kriptat tiegħek, bis-saħħa ta’ softwer adattat.

 

B’xorti ħażina, din mhijiex it-tweġiba t-tajba. L-ibbrawżjar privat joffrilek il-privatezza minn nies b’aċċess fiżiku għall-kompjuter tiegħek. Ħafna organizzazzjonijiet inkluż il-Fornitur tas-Servizz tal-Internet (“ISP”) tiegħek, iżda anki l-fornituri tal-paġni web li żżur (eż. in-netwerks soċjali), xorta waħda jistgħu jsiru jafu x’għamilt online. Kun af ukoll li jekk xi ħadd qiegħed imqabbad mal-istess netwerk lokali bħalek, dan jista’ jinterċetta t-traffiku mhux kriptat tiegħek, bis-saħħa ta’ softwer adattat.

 

Iva, din hija t-tweġiba t-tajba. L-ibbrawżjar privat joffrilek il-privatezza fil-livell lokali biss. Ħafna organizzazzjonijiet inkluż il-Fornitur tas-Servizz tal-Internet (“ISP”) tiegħek, iżda anki l-fornituri tal-paġni web li żżur (eż. in-netwerks soċjali), xorta waħda jistgħu jsiru jafu x’għamilt online. Kun af ukoll li jekk xi ħadd qiegħed imqabbad mal-istess netwerk lokali bħalek, dan jista’ jinterċetta t-traffiku mhux kriptat tiegħek, bis-saħħa ta’ softwer adattat.

 


Normalment il-brawżers tal-Internet jaħżnu l-kronoloġija tal-ibbrawżjar (“history”), il-paġni web li żort, stampi, filmati, eċċ., fil-cache tal-brawżer. Madankollu, meta jkun attivat l-ibbrawżjar privat, il-kronoloġija tal-brawżer ma tibqax tinħażen fil-cache, u din ma tkunx tista’ tiġi rkuprata.

 

Madankollu, l-ibbrawżjar privat jiggarantixxi mingħajr l-iċken dubju li ħadd ma jista’ jkun jaf x’għamilt online?