L-aħħar darba kont qed tikkonsulta servizz online offrut mill-fornitur tas-servizzi mobbli tiegħek meta, waqt li kont qed tqalleb fil-profil tiegħek, skoprejt li l-informazzjoni dwar l-indirizz tad-dar tiegħek, kif miżmuma mill-fornitur, mhijiex tajba.


1::Id-dritt li tkun minsi
1::Id-dritt għat-tħassir tad-dejta
3::Id-dritt ta’ rettifika

B’xorti ħażina din mhijiex it-tweġiba t-tajba (kun af li d-dritt li tkun minsi jikkoinċidi mad-dritt għat-tħassir tad-dejta). It-tweġiba t-tajba hija d-dritt ta’ rettifika li huwa d-dritt li tikseb mingħand il-kontrollur tad-dejta r-rettifika mingħajr dewmien żejjed tad-dejta personali mhux preċiża. Id-dritt ta’ rettifika, li jaħdem id f’id mad-dritt ta’ aċċess, huwa indirizzat ukoll fir-Regolament Ġenerali 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (ir-Regolament daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2016, u għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2018; huwa disponibbli hawnhekk: http://ec.europa.eu/justice/data-protection/reform/files/regulation_oj_en.pdf).

 

Kun af ukoll li, skont il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta “Sabiex jeżerċita d-dritt ta’ rettifika, is-suġġett tad-dejta normalment irid jikteb lill-kontrollur tal-operazzjoni ta’ pproċessar. Bħala eżempju, jekk trid tbiddel l-indirizz personali tiegħek jew jekk issib li l-informazzjoni dwarek mhijiex preċiża, għandek teżerċita d-dritt tiegħek ta’ rettifika billi tikkuntattja lill-kontrollur li għandu din id-dejta”. Għal din id-definizzjoni tad-dritt ta’ rettifika ara hawnhekk: https://secure.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/site/mySite/pid/86#regulation

 

B’xorti ħażina din mhijiex it-tweġiba t-tajba (kun af li d-dritt għat-tħassir tad-dejta jikkoinċidi mad-dritt li tkun minsi). It-tweġiba t-tajba hija d-dritt ta’ rettifika li huwa d-dritt li tikseb mingħand il-kontrollur tad-dejta r-rettifika mingħajr dewmien żejjed tad-dejta personali mhux preċiża. Id-dritt ta’ rettifika, li jaħdem id f’id mad-dritt ta’ aċċess, huwa indirizzat ukoll fir-Regolament Ġenerali 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (ir-Regolament daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2016, u għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2018; jinsab disponibbli hawnhekk: http://ec.europa.eu/justice/data-protection/reform/files/regulation_oj_en.pdf).

 

Kun af ukoll li, skont il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta “Sabiex jeżerċita d-dritt ta’ rettifika, is-suġġett tad-dejta normalment irid jikteb lill-kontrollur tal-operazzjoni ta’ pproċessar. Bħala eżempju, jekk trid tbiddel l-indirizz personali tiegħek jew jekk issib li l-informazzjoni dwarek mhijiex preċiża, għandek teżerċita d-dritt tiegħek ta’ rettifika billi tikkuntattja lill-kontrollur li għandu din id-dejta”. Għal din id-definizzjoni tad-dritt ta’ rettifika ara hawnhekk: https://secure.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/site/mySite/pid/86#regulation

 

Tabilħaqq, din hija t-tweġiba t-tajba fil-kuntest ta’ dan ix-xenarju. Id-dritt ta’ rettifika huwa d-dritt li tikseb mingħand il-kontrollur tad-dejta r-rettifika mingħajr dewmien żejjed tad-dejta personali mhux preċiża. Id-dritt ta’ rettifika, li jaħdem id f’id mad-dritt ta’ aċċess, huwa indirizzat ukoll fir-Regolament Ġenerali 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (ir-Regolament daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2016, u għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2018; huwa disponibbli hawnhekk: http://ec.europa.eu/justice/data-protection/reform/files/regulation_oj_en.pdf).

 

Kun af ukoll li, skont il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta “Sabiex jeżerċita d-dritt ta’ rettifika, is-suġġett tad-dejta normalment irid jikteb lill-kontrollur tal-operazzjoni ta’ pproċessar. Bħala eżempju, jekk trid tbiddel l-indirizz personali tiegħek jew jekk issib li l-informazzjoni dwarek mhijiex preċiża, għandek teżerċita d-dritt tiegħek ta’ rettifika billi tikkuntattja lill-kontrollur li għandu din id-dejta”. Għal din id-definizzjoni tad-dritt ta’ rettifika ara hawnhekk: https://secure.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/site/mySite/pid/86#regulation

 


F’każ bħal dan, jiġifieri meta d-dejta personali tiegħek ma tkunx korretta, għandek id-dritt li titlob lill-kontrollur tad-dejta (eż. il-fornitur tas-servizz) sabiex jibdel id-dejta ħalli tiġi kkoreġuta.

 

Dan id-dritt speċifiku jissejjaħ....