Kulleġġ iħabbar li fuq is-sit web tiegħu sejjer joħroġ pubblikament sett tad-dejta li fih il-marki (totali) assenjati lill-istudenti tiegħu fil-korsijiet kollha offruti f’sena partikolari


1::L-isem tal-korsijiet u, għal kull kors, il-marki assenjati lil kull student. Kwalunkwe identifikatur tal-istudent (eż. l-isem, in-numru ta’ referenza tal-istudent eċċ.) sejjer jitħalla barra jew sejjer jiġi sostitwit ma’ numri ta’ referenza bla sinifikat oħrajn. Fil-lista jista’ jkun hemm informazzjoni personali oħra tal-istudenti (l-età, is-sess, eċċ.).
3::L-isem tal-korsijiet u, għal kull kors, il-marki assenjati, mingħajr ebda informazzjoni oħra.
2::Il-marki assenjati lill-istudenti biss; ebda informazzjoni oħra (lanqas il-korsijiet korrispondenti)

B’xorti ħażina, din mhijiex it-tweġiba t-tajba. Lista tad-dejta għandha titqies li hija anonimizzata jekk ma jkunx possibbli li tiġi identifikata xi persuna fil-lista, wara li jitqies kull mezz li aktarx li raġonevolment jista’ jintuża minn kwalunkwe persuna oħra. B’hekk, is-sostituzzjoni tal-identifikaturi ma’ numri ta’ referenza bla sinifikat oħrajn mhijiex anonimizzazzjoni iżda psewdonimizzazzjoni; eż. jekk inkunu nafu li John biss ġab 10 marki għall-kors A, nistgħu nsibu n-numru ta’ referenza fil-lista li jikkorrispondi għal John u, imbagħad, il-marki kollha li ġew assenjati lil John fil-korsijiet kollha. Anki jekk sempliċiment neliminaw l-identifikaturi uniċi kollha, it-taħlita ta’ informazzjoni personali oħra tista’ twassal għall-identifikazzjoni wkoll (eż. jekk inkunu nafu li l-uniku raġel ta’ 21 sena huwa John).

 

It-tweġiba t-tajba f’dan ix-xenarju hija l-isem tal-korsijiet u, għal kull kors, il-marki assenjati, mingħajr ebda informazzjoni oħra. B'mod ġenerali, huwa kemxejn diffiċli li tinkiseb anonimizzazzjoni sħiħa, jekk tkun sejra tiġi ppubblikata lista b’dejta siewja. Is-sempliċi tneħħija jew tibdil tal-identifikaturi tal-persuni ma jfissrux anonimizzazzjoni. Hemm metodi ta’ anonimizzazzjoni speċifiċi li l-pubblikatur għandu jsegwi sabiex jindirizza diversi riskji ta’ deanonimizzazzjoni. Għal iktar informazzjoni, ara r-rapport tal-ENISA Privacy by Design in Big Data: https://www.enisa.europa.eu/publications/big-data-protection

 

Iva, din hija t-tweġiba t-tajba. Lista tad-dejta għandha titqies li hija anonimizzata jekk ma jkunx possibbli li tiġi identifikata xi persuna fil-lista, wara li jitqies kull mezz li aktarx li raġonevolment jista’ jintuża minn kwalunkwe persuna oħra. B'mod ġenerali, huwa kemxejn diffiċli li tinkiseb anonimizzazzjoni sħiħa jekk tkun sejra tiġi ppubblikata lista b’dejta siewja. Is-sempliċi tneħħija jew tibdil tal-identifikaturi tal-persuni ma jfissrux anonimizzazzjoni. Hemm metodi ta’ anonimizzazzjoni speċifiċi li l-pubblikatur għandu jsegwi, sabiex jindirizza diversi riskji ta’ deanonimizzazzjoni. Għal iktar informazzjoni, ara r-rapport tal-ENISA Privacy by Design in Big Data: https://www.enisa.europa.eu/publications/big-data-protection

 

Din hija tajba f’parti minnha biss. Tabilħaqq, din il-lista, li hija sempliċiment lista ta’ marki (jiġifieri numri), hija anonimizzata għalkollox, peress li mhuwiex possibbli li tiġi identifikata xi persuna fil-lista, wara li jitqies kull mezz li aktarx li raġonevolment jista’ jintuża minn kwalunkwe persuna oħra. Madankollu, mhijiex lista utli fil-kuntest tal-iskop maħsub tal-pubblikazzjoni (eż. ma nistgħux nikkalkolaw il-valuri medji tal-marki assenjati lill-kors A). It-tweġiba t-tajba f’dan ix-xenarju hija l-isem tal-korsijiet u, għal kull kors, il-marki assenjati, mingħajr ebda informazzjoni oħra. B'mod ġenerali, huwa kemxejn diffiċli li tinkiseb anonimizzazzjoni sħiħa, jekk tkun sejra tiġi ppubblikata lista b’dejta siewja. Is-sempliċi tneħħija jew tibdil tal-identifikaturi tal-persuni ma jfissrux anonimizzazzjoni. Hemm metodi ta’ anonimizzazzjoni speċifiċi li l-pubblikatur għandu jsegwi sabiex jindirizza diversi riskji ta’ deanonimizzazzjoni. Għal iktar informazzjoni, ara r-rapport tal-ENISA Privacy by Design in Big Data: https://www.enisa.europa.eu/publications/big-data-protection

 


sabiex kull min irid ikun jista’ jkompli jipproċessah għal analiżi xjentifika/statistika, jiġifieri sabiex jiġu kkalkolati l-valuri medji, kif ukoll il-valuri massimi u minimi u informazzjoni statistika oħra fuq il-marki korrispondenti għal kull kors. Il-kulleġġ jiddikjara fit-tħabbira tiegħu li l-lista sejra tkun anonimizzata għalkollox.

 

Liema hija d-dejta tat-tali lista kompletament anonimizzata li tistenna li se tara?