Id-djar intelliġenti huma djar mgħammrin b’teknoloġija li tipprovdi lis-sidien tagħha b’informazzjoni komprensiva dwar l-istat ta’ darhom u tippermettilhom jikkontrollaw l-apparati konnessi kollha, inkluż fuq distanza.


1::Attakki ta’ Phishing
3::Invażjonijiet tal-Privatezza
2::Posta elettronika mhux solleċitata u infettata

Din mhijiex it-tweġiba t-tajba. Bil-Phishing, persuna li tattakka tipprova tiġbor dejta personali dwar l-utent (bħal passwords u numri tal-karta tal-kreditu) permezz ta’ apps foloz, SMS foloz, jew messaġġi tal-posta elettronika foloz li tista’ taħsibhom ġenwini. It-tweġiba t-tajba minn fost dawk ipprovduti hija li huwa possibbli li jseħħu invażjonijiet tal-privatezza, peress li d-djar intelliġenti jistgħu jiġbru dejta dwar in-nies li jgħixu fid-dar u din id-dejta tista’ tintuża, pereżempju, minn partijiet terzi li huma l-fornitur tal-funzjonalitajiet intelliġenti. Dejta bħal din tista’, pereżempju, tispjega l-imġiba tan-nies fid-dar, l-attività tal-konsum, il-preżenza jew l-assenza, is-saħħa, il-preferenzi u d-drawwiet. Għal aktar informazzjoni aqra r-Rapport tal-ENISA Threat Landscape for Smart Home and Media Convergence:

https://www.enisa.europa.eu/activities/risk-management/evolving-threat-environment/enisa-thematic-landscapes/threat-landscape-for-smart-home-and-media-convergence

 

Din hija t-tweġiba t-tajba, peress li d-djar intelliġenti jistgħu jiġbru dejta dwar in-nies li jgħixu fid-dar u din id-dejta tista’ tintuża, pereżempju, minn partijiet terzi li huma l-fornitur tal-funzjonalitajiet intelliġenti. Dejta bħal din tista’, pereżempju, tispjega l-imġiba tan-nies fid-dar, l-attività tal-konsum, il-preżenza jew l-assenza, is-saħħa, il-preferenzi u d-drawwiet. Għal aktar informazzjoni aqra r-Rapport tal-ENISA Threat Landscape for Smart Home and Media Convergence:

https://www.enisa.europa.eu/activities/risk-management/evolving-threat-environment/enisa-thematic-landscapes/threat-landscape-for-smart-home-and-media-convergence

 

Din it-tweġiba hija tajba f’parti minnha biss. Tabilħaqq, ċerti apparati tad-djar intelliġenti jista’ jkollhom il-kontijiet tal-posta elettronika tagħhom stess (din hija komuni għal printers konnessi mal-web) u dawn jistgħu jkunu sfruttati sabiex jintbagħtu messaġġi spam jew inkella dawn l-apparati jiġu infettati b’messaġġi li fihom il-malware. Madankollu, din hija theddida ġenerali għal kwalunkwe kompjuter li fih kontijiet tal-posta elettronika. L-iktar tweġiba korretta f’dan ix-xenarju hija li huwa possibbli li jseħħu invażjonijiet tal-privatezza, peress li d-djar intelliġenti jistgħu jiġbru dejta dwar in-nies li jgħixu fid-dar u din id-dejta tista’ tintuża, pereżempju, minn partijiet terzi li huma l-fornitur tal-funzjonalitajiet intelliġenti. Dejta bħal din tista’, pereżempju, tispjega l-imġiba tan-nies fid-dar, l-attività tal-konsum, il-preżenza jew l-assenza, is-saħħa, il-preferenzi u d-drawwiet. Għal aktar informazzjoni aqra r-Rapport tal-ENISA Threat Landscape for Smart Home and Media Convergence:

https://www.enisa.europa.eu/activities/risk-management/evolving-threat-environment/enisa-thematic-landscapes/threat-landscape-for-smart-home-and-media-convergence

 


L-eżempji ta’ apparati tad-djar intelliġenti jinkludu: friġġijiet intelliġenti, arloġġi tad-dawl intelliġenti, ħsajjar intelliġenti, u apparati awtomatiċi li jitimgħu lill-annimali domestiċi. Id-djar intelliġenti jwiegħdu li jtejbu l-kwalità ta’ ħajjitna.

 

Madankollu, id-djar intelliġenti jistgħu jġibu magħhom theddidiet ġodda għan-nies li jgħixu fid-djar ukoll, u eżempju ċar minnhom huwa....