B’apparati mobbli bħal tablets jew smartphones, jidher li l-kumpaniji spiss ikunu jistgħu jkunu jafu fejn tinsab u x’int tagħmel.


2::Titfi l-GPS tal-apparat tiegħek.
3::Titfi l-komponenti attivi tal-apparat tiegħek.
1::Tuża l-modalità “abbord” jew ta’ “matul it-titjira” tal-apparat tiegħek (“flight mode” jew “airplane mode”).

Din hija tajba f’parti minnha biss. Billi titfi l-GPS, tipprevjeni lill-applikazzjonijiet milli jkunu jistgħu jsibu fejn tinsab permezz tal-GPS. Madankollu, applikazzjoni xorta waħda tista’ tkun taf x’inti tagħmel, filwaqt li huwa possibbli wkoll li tintraċċa fejn tinsab (pereżempju, applikazzjoni tista’ tibda tiġbor dejta dwar fejn tinsab b’mezzi oħrajn bħall-WiFi jew il-Bluetooth). Soluzzjoni aħjar tkun li titfi l-komponenti attivi kollha tal-apparat tiegħek. Tabilħaqq, tista’ tattiva funzjonijiet fl-apparat tiegħek li jippermettulek twaqqaf kwalunkwe komunikazzjoni ta’ sfond mhux mixtieqa tad-dejta personali tiegħek lill-fornituri tas-servizzi u l-applikazzjonijiet.

 

Din hija t-tweġiba t-tajba. Tattiva funzjonijiet fl-apparat tiegħek li jippermettulek twaqqaf kwalunkwe komunikazzjoni ta’ sfond mhux mixtieqa tad-dejta personali tiegħek lill-fornituri tas-servizzi u l-applikazzjonijiet. Kun af li anki jekk titfi l-GPS tiegħek, applikazzjoni xorta waħda tista’ tkun taf x’int tagħmel, filwaqt li huwa possibbli li tintraċċa fejn tinsab b’mezzi oħrajn bħall-WiFi jew il-Bluetooth.

 

B’xorti ħażina, din hija tweġiba żbaljata. L-apparat mhuwiex sejjer jibgħat informazzjoni meta jkun fil-”flight mode”, u għad li dan ifisser li ma tistax tiġi intraċċat, lanqas m’int ser tkun tista’ tagħmel jew tirċievi telefonati, pereżempju, u fl-aħħar mill-aħħar mhux ser tkun tista’ tuża l-apparat tiegħek. Suġġeriment rilevanti jkun li titfi l-komponenti attivi kollha tal-apparat tiegħek. Tista’ tinstalla funzjonijiet fl-apparat tiegħek li jippermettulek twaqqaf kwalunkwe komunikazzjoni ta’ sfond mhux mixtieqa tad-dejta personali tiegħek lill-fornituri tas-servizzi u tal-applikazzjonijiet.

 


Tinsab imħasseb dwar dawn l-affarijiet peress li tixtieq li tuża bis-sħiħ l-apparati tiegħek, iżda bla ma tkun intraċċat jew immonitorjat, apparti l-monitoraġġ prestabbilit fuq il-GPS / in-netwerk tal-Fornitur tas-Servizz tal-Internet. Madankollu, fl-istess ħin ma tafx bl-eżatt x’tista’ tagħmel biex tipproteġi lilek innifsek.

 

Soluzzjoni possibbli tista’ tkun li...