L-utenti tal-Internet qegħdin jiġu intraċċati u pprofilati dejjem iktar; din hija l-prattika ta’ tfassil tal-kontenut online, speċjalment ir-reklami, għal dawk li jżuru skont l-interessi supponuti tagħhom.


1::Tista’ tinsteraqlek l-identità diġitali tiegħek.
3::Ir-riskji għall-privatezza u l-esklużjoni mis-servizzi.
2::Is-sorveljanza tal-massa.

B’xorti ħażina, din mhijiex it-tweġiba t-tajba. L-ipprofilar tal-utenti f’dan ix-xenarju mhuwiex marbut mar-riskju ta’ serq tal-identità (din tal-aħħar tfisser li xi ħadd ieħor jista’ jagħmel tabirruħu li huwa int billi jikseb xi informazzjoni personali dwarek).

Minflok, il-mod kif tuża l-web jista’ jintuża minn parti terza sabiex tibni profil dettaljat dwarek (eż. sabiex issir taf x’inhuma l-interessi tiegħek), xi ħaġa li mhux biss tipperikola l-privatezza tiegħek, iżda tista’ twassal għal konsegwenzi ħżiena bħall-esklużjoni mis-servizzi.

 

Din hija t-tweġiba t-tajba. Tabilħaqq, il-mod kif tuża l-web jista’ jintuża minn parti terza sabiex tibni profil dettaljat dwarek (eż. sabiex issir taf x’inhuma l-interessi tiegħek), xi ħaġa li mhux biss tipperikola l-privatezza tiegħek, iżda tista’ twassal għal konsegwenzi ħżiena bħall-esklużjoni mis-servizzi.  

 

Din hija parzjalment tajba. Tabilħaqq, is-sorveljanza tal-massa tista’ tkun konnessa mal-ipprofilar tal-utenti; madankollu, is-sorveljanza tal-massa hija terminu iktar ġenerali milli l-ipprofilar individwali. Din is-sorveljanza tista’ ssir minn gvernijiet għal raġunijiet politiċi jew ta’ sigurtà jew minn kumpaniji għal raġunijiet kummerċjali.

Madankollu, ir-riskju ewlieni probabbli huwa li l-mod kif tuża l-web jista’ jintuża minn parti terza sabiex tibni profil dettaljat dwarek (eż. sabiex issir taf x’inhuma l-interessi tiegħek), xi ħaġa li mhux biss tipperikola l-privatezza tiegħek, iżda tista’ twassal għal konsegwenzi ħżiena bħall-esklużjoni mis-servizzi.

 


Pereżempju, buttuna tal-”like” (bħal dik użata minn Facebook) tintraċċa l-utenti fuq siti oħrajn; kull darba li utent iżur sit li fih il-buttuna tal-”Like” ta’ Facebook, is-sit ta’ netwerking soċjali jiġi informat dwar dan anki jekk l-utent ma jkunx għafas din il-buttuna.

 

Din il-prattika ta’ pprofilar iġġorr magħha xi riskji għall-utenti, u riskju rilevanti fost dawn huwa li.....