Kull sena, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Istituzzjonijiet Ewropej jiċċelebraw il-Jum għall-Protezzjoni tad-Dejta bil-għan li jsaħħu s-sensibilizzazzjoni u jippromwovu l-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta.


2::L-1 ta’ Ottubru
1::Is-7 ta’ Frar
3::It-28 ta’ Jannar

Din it-tweġiba mhijiex tajba. Il-Jum għall-Protezzjoni tad-Dejta huwa ċċelebrat ta’ kull sena fit-28 ta’ Jannar. Din id-data taħbat l-anniversarju tal-firma tal-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa, l-ewwel strument internazzjonali legalment vinkolanti għall-protezzjoni tad-dejta marbut mal-ipproċessar awtomatiku tad-dejta personali. Id-dokument huwa disponibbli hawnhekk: http://www.coe.int/en/web/conventions/full-list/-/conventions/treaty/108

Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk: http://www.coe.int/t/dghl/standardsetting/dataprotection/data_protection_day_en.asp

 

Madankollu, kull sena Ottubru jkun ix-Xahar Ewropew għaċ-Ċibersigurtà: il-kampanja tal-Unjoni Ewropea għat-tkattir tal-għarfien li għandha l-għan li tippromwovi ċ-ċibersigurtà fost iċ-ċittadini, sabiex tbiddel il-perċezzjoni tagħhom ta’ theddid ċibernetiku u tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar is-sigurtà, billi teduka u taqsam il-prattiki tajbin. Dan il-kwiżż huwa parti mill-inizjattiva tal-ECSM (“European Cyber Security Month”) għal din is-sena.

 

Din it-tweġiba mhijiex tajba. Il-Jum għall-Protezzjoni tad-Dejta huwa ċċelebrat kull sena fit-28 ta’ Jannar. Din id-data taħbat l-anniversarju tal-firma tal-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa, l-ewwel strument internazzjonali legalment vinkolanti għall-protezzjoni tad-dejta marbut mal-ipproċessar awtomatiku tad-dejta personali. Id-dokument huwa disponibbli hawnhekk:

http://www.coe.int/en/web/conventions/full-list/-/conventions/treaty/108

 

Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk: http://www.coe.int/t/dghl/standardsetting/dataprotection/data_protection_day_en.asp

 

Fl-2017, is-7 ta’ Frar se jkun il-Jum għal Internet Aktar Sikur. Il-Jum għal Internet Aktar Sikur huwa organizzat minn Insafe fi Frar ta’ kull sena bil-għan li jiġi promoss użu aktar sikur tat-teknoloġiji online, speċjalment fost iż-żgħażagħ. Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk:

https://www.saferinternetday.org

 

Din hija t-tweġiba t-tajba. Il-Jum għall-Protezzjoni tad-Dejta huwa ċċelebrat ta’ kull sena fit-28 ta’ Jannar. Din id-data taħbat l-anniversarju tal-firma tal-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa, l-ewwel strument internazzjonali legalment vinkolanti għall-protezzjoni tad-dejta marbut mal-ipproċessar awtomatiku tad-dejta personali. Id-dokument huwa disponibbli hawnhekk:

http://www.coe.int/en/web/conventions/full-list/-/conventions/treaty/108

Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk: http://www.coe.int/t/dghl/standardsetting/dataprotection/data_protection_day_en.asp

 


Liema hi d-data uffiċjali li fiha jaħbat ta’ kull sena l-Jum għall-Protezzjoni tad-Dejta?