Kull meta tuża apparat diġitali u, pereżempju, tibbrawżja l-Internet u żżur siti web, tħalli warajk traċċi żgħar tal-attivitajiet tiegħek.


2::Cookies
3::L-Impronti Diġitali
1::Dettalji biex Tilloggja

Din mhijiex it-tweġiba t-tajba; minkejja dan, il-cookies huma forma ta’ eżempju ta’ traċċa diġitali. Eżattament, il-cookies huma elementi żgħar tal-informazzjoni (fajls mimlijin test) maħżunin fil-kompjuters tal-utent biss u jintużaw ħafna mill-fornituri ta’ servizzi online għal diversi skopijiet, bħal sabiex jaħżnu l-preferenzi tal-utent (il-lingwa, il-kuluri tal-isfond, eċċ.), sabiex jidentifikaw l-utent meta juża lista tax-xiri, eċċ. Kun af ukoll li l-cookies jistgħu jintużaw għal skopijiet oħrajn bħar-reklamar li jagħraf l-imġiba, li ma għandux ikun il-każ sakemm l-utent ma jagħtix il-kunsens espliċitu tiegħu.

It-tweġiba t-tajba hija L-impronti diġitali: dan huwa terminu ġenerali, li jiddeskrivi t-traċċi li jħallu warajhom l-utenti meta jinteraġixxu f’ambjenti diġitali u jużaw apparati diġitali. Dawn l-impronti jistgħu jkunu passivi meta dawn it-traċċi jinġabru minn partijiet terzi bla ma jinformaw lill-utent; dan jista’ jinkludi, pereżempju, il-ħin u l-ġurnata meta żort sit web partikolari. L-impronti jistgħu jkunu attivi wkoll, meta l-utent iħalli informazzjoni minn jeddu, bħal posts fuq Sit ta’ Netwerk Soċjali.

 

Din hija t-tweġiba t-tajba. L-impronti diġitali jirreferu għal terminu ġenerali li jiddeskrivi t-traċċi li jħallu warajhom l-utenti meta jinteraġixxu f’ambjenti diġitali u jużaw apparati diġitali. Dawn l-impronti jistgħu jkunu passivi meta dawn it-traċċi jinġabru minn partijiet terzi bla ma jinformaw lill-utent; dan jista’ jinkludi, pereżempju, il-ħin u l-ġurnata meta żort sit web partikolari. L-impronti jistgħu jkunu attivi wkoll, meta l-utent iħalli informazzjoni minn jeddu, bħal posts fuq Sit ta’ Netwerk Soċjali.

 

Din mhijiex it-tweġiba t-tajba. Bit-terminu Dettalji biex Tilloggja nirreferu għall-isem tal-utent u l-password li tuża sabiex taċċessa servizzi online. It-tweġiba t-tajba hija L-impronti diġitali: it-traċċi li jħallu warajhom l-utenti meta jinteraġixxu f’ambjenti diġitali u jużaw apparati diġitali. Dawn l-impronti jistgħu jkunu passivi meta dawn it-traċċi jinġabru minn partijiet terzi bla ma jinformaw lill-utent; dan jista’ jinkludi, pereżempju, il-ħin u l-ġurnata meta żort sit web partikolari. L-impronti jistgħu jkunu attivi wkoll, meta l-utent iħalli informazzjoni minn jeddu, bħal posts fuq Sit ta’ Netwerk Soċjali.

 


Dawn l-attivitajiet jistgħu jinħażnu kemm fuq l-apparat tiegħek kif ukoll mis-siti web li tkun żort.

 

X’inhu l-isem komuni mogħti lil dawn it-traċċi?