Illum sirna nżuru ħafna siti web fuq l-Internet.


2::L-opzjoni ta’ nonparteċipazzjoni (“opt-out”).
3::L-opzjoni ta’ inklużjoni fakultattiva (“opt-in”).
1::L-opzjoni tintraċċanix (“Do not track”).

Din it-tweġiba hija parzjalment tajba. Il-mekkaniżmu ta’ nonparteċipazzjoni jfisser li int tista’ tirċievi reklamar li ma tlabtx, diment li tingħata l-opportunità li toġġezzjona, jiġifieri li tiddikjara b’mod espliċitu li ma tixtieqx tirċievi t-tali reklamar fil-ġejjieni. It-tweġiba t-tajba hija l-opzjoni ta’ inklużjoni fakultattiva, li tfisser li m’intix se tirċievi reklamar sakemm ma titlobx it-tali komunikazzjoni b’mod espliċitu (eż. billi tikklikkja fuq kaxxa li tistaqsik jekk tixtieqx tirċievi reklamar jew billi timla formola rilevanti). Madankollu, hemm xi każijiet li fihom l-opzjoni ta’ nonparteċipazzjoni hija permissibbli – eż. fil-kuntest ta’ relazzjoni eżistenti ma’ klijent, l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek jista’ jintuża sabiex jiġu offruti lilek prodotti jew servizzi simili bla ma tkun tajt il-kunsens espliċitu tiegħek minn qabel. Ara d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika hawnhekk: https://ec.europa.eu/digital-single-market/news/eprivacy-directive

 

Din hija t-tweġiba t-tajba. Il-mekkaniżmu ta’ inklużjoni fakultattiva jfisser li m’intix se tirċievi reklamar sakemm ma titlobx it-tali komunikazzjoni b’mod espliċitu (eż. billi timmarka kaxxa li tistaqsik jekk tixtieqx tirċievi reklamar jew billi timla formola rilevanti). Madankollu, hemm xi każijiet li fihom l-opzjoni ta’ nonparteċipazzjoni tkun permissibbli wkoll, jiġifieri li tista’ tirċievi reklamar li ma tlabtx, diment li tingħata l-possibbiltà li toġġezzjona (ara d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika hawnhekk: https://ec.europa.eu/digital-single-market/news/eprivacy-directive ).   

 

B’xorti ħażina, din mhijiex it-tweġiba t-tajba. It-tweġiba tajba hija l-Opzjoni ta’ inklużjoni fakultattiva li, f’dan ix-xenarju, tfisser li m’intix se tirċievi reklamar sakemm ma titlobx it-tali komunikazzjoni b’mod espliċitu (eż. billi tikklikkja fuq kaxxa li tistaqsik jekk tixtieqx tirċievi reklamar jew billi timla formola rilevanti). L-opzjoni Tintraċċanix hija konfigurazzjoni tal-brawżer tal-Internet sabiex tiddiżattiva l-funzjoni tal-intraċċar. Hemm xi każijiet li fihom l-opzjoni ta’ nonparteċipazzjoni tkun permissibbli wkoll, jiġifieri li tista’ tirċievi reklamar li ma tlabtx, diment li tingħata l-possibbiltà li toġġezzjona (ara d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika hawnhekk: https://ec.europa.eu/digital-single-market/news/eprivacy-directive). 

 


Saret kemxejn komuni li wara li nżuru ċerti siti, nibdew nirċievu reklamar mhux mixtieq – jiġifieri reklamar li ma tlabniex. Dan huwa dovut għall-fatt li dawk li jirreklamaw ma implimentawx l-opzjoni korretta sabiex jiksbu l-kunsens tagħna, li għandha tkun...