Għadek kif irċivejt smartphone ġdid fjamant bħala rigal f’għeluq sninek.


2::Tuża l-għodda li tirrisettja l-ismartphone għal kif joħroġ mill-fabbrika (“factory reset”).
1::Neħħi r-ritratti tiegħek mill-ismartphone l-antik.
3::Ħassar għalkollox id-dejta eżistenti kollha mill-ismartphone l-antik.

Qabel ma tirriċikla l-ismartphone l-antik, għandek tħassar għalkollox id-dejta personali kollha tiegħek, li tfisser tħassir ta’ kull ħaġa relatata mad-dejta personali tiegħek (inklużi n-numri ta’ kuntatt, ir-ritratti u l-konfigurazzjonijiet) sabiex ħadd ma jkun jista’ jerġa’ jsibhom. Dan jiżgura l-privatezza tiegħek u li l-informazzjoni tiegħek ma tispiċċax f’idejn partijiet terzi mhux mixtieqa. Għażla minnhom sabiex tneħħi parti mid-dejta personali tiegħek hija tabilħaqq li tuża l-għodda “factory reset” tal-ismartphone tiegħek u, għalhekk, din hija tweġiba parzjalment tajba. Madankollu, mhux dejjem ikun biżżejjed li tuża l-għodda tal-”factory reset” (ara http://mashable.com/2014/07/09/data-wipe-recovery-smartphones/) . Fi kliem ieħor, huwa possibbli li xi ħadd juża softwer ta’ rkupru magħmul apposta u jikseb lura partijiet minn dik id-dejta (minkejja li, suppost, l-għodda “factory reset” tħassar id-dejta għalkollox b’tali mod li ssir irrekuperabbli). Għaldaqstant, sabiex tħassar id-dejta tiegħek għalkollox, l-ewwel għandek tikkriptjaha (hemm opzjoni bħal din fl-ismartphone tiegħek) u mbagħad tuża l-għodda “factory reset”, biex b’hekk anki jekk parti mid-dejta tkun tista’ tiġi rkuprata, din tkun f’forma li ma tistax tinqara minħabba l-kriptaġġ.

 

Din mhijiex tajba. Importanti li tneħħi l-informazzjoni u d-dejta personali kollha (inklużi l-istampi) mill-ismartphone. Għalhekk, li tneħħi rritratti biss mhuwiex biżżejjed. Barra minn hekk, is-sempliċi tħassir tad-dejta bħalma huma r-ritratti, ma jagħmilhomx irrekuperabbli. Għandek tħassar għalkollox id-dejta personali kollha, jiġifieri tħassar kompletament id-dejta personali tiegħek (inklużi n-numri ta’ kuntatt, ir-ritratti u l-konfigurazzjonijiet) b’tali mod li ma tkunx tista’ tiġi rkuprata. Dan jiżgura l-privatezza tiegħek u li l-informazzjoni tiegħek ma tispiċċax f’idejn partijiet terzi mhux mixtieqa. Għad li l-għodda “factory reset” suppost tħassar id-dejta għalkollox, jista’ jkun li din ma tkunx biżżejjed (ara http://mashable.com/2014/07/09/data-wipe-recovery-smartphones/). Għaldaqstant l-ewwel għandek tikkriptja d-dejta (hemm opzjoni bħal din fl-ismartphone tiegħek) u mbagħad tuża l-għodda “factory reset”, biex b’hekk anki jekk parti mid-dejta tkun tista’ tiġi rkuprata, din tkun f’forma li ma tistax tinqara minħabba l-kriptaġġ.  

 

Qabel ma tirriċikla smartphone antik, importanti li tħassar għalkollox id-dejta personali kollha, jiġifieri tħassar kompletament id-dejta personali tiegħek (inklużi n-numri ta’ kuntatt, ir-ritratti u l-konfigurazzjonijiet) b’tali mod li ma tkunx tista’ tiġi rkuprata. Dan jiżgura l-privatezza tiegħek u li l-informazzjoni tiegħek ma tispiċċax f’idejn partijiet terzi mhux mixtieqa. Għad li l-għodda “factory reset” suppost tħassar id-dejta għalkollox, jista’ jkun li din ma tkunx biżżejjed (ara http://mashable.com/2014/07/09/data-wipe-recovery-smartphones/). Għaldaqstant l-ewwel għandek tikkriptja d-dejta (hemm opzjoni bħal din fl-ismartphone tiegħek) u mbagħad tuża l-għodda “factory reset”, biex b’hekk anki jekk parti mid-dejta tkun tista’ tiġi rkuprata, din tkun f’forma li ma tistax tinqara minħabba l-kriptaġġ.   

 


Issa trid tara x’se tagħmel bl-ismartphone l-antik, u tixtieq tirriċiklah, b’mod partikolari billi tagħtih għall-karità fejn se jerġa’ jintuża – ovvjament, wara li tneħħi l-karta tal-Modulu ta’ Identifikazzjoni tal-Abbonat (“SIM card”).

 

Għall-privatezza tiegħek, huwa rakkomandat li...