B’mod ġenerali, meta żżur siti fuq l-Internet li jipprovdu diversi servizzi, tistenna li t-trattament kif suppost tal-privatezza tiegħek u d-dejta personali tiegħek jiddependi mir-rieda tajba tal-fornitur tas-servizz (eż. sid is-sit web).


1::Softwer antivirus
3::Il-Protezzjoni tad-Dejta mid-Disinn
2::Il-Kriptografija

B'xorti ħażina, din it-tweġiba mhijiex tajba. L-antivirus huwa softwer li jipproteġi l-kompjuter tiegħek minn softwer malizzjuż. Filwaqt li f’ċerti każijiet l-antivirus jista’ jipproteġik kontra kodiċi malizzjuż li jista’ jaffettwa l-privatezza tiegħek (eż. spyware), dan mhuwiex deċiżjoni dwar il-privatezza inkorporata fit-teknoloġija. L-approċċ sabiex tiddaħħal il-privatezza fit-teknoloġija jissejjaħ Protezzjoni tad-Dejta mid-Disinn, li jfisser li qegħdin jinbnew salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta (bħall-minimizzazzjoni tal-ipproċessar ta’ dejta personali, l-ippsewdonimizzar tad-dejta personali mill-iktar fis eċċ.) fil-prodotti u s-servizzi mill-iktar stadju bikri tal-iżvilupp ta’ softwer. Il-bżonn tal-Protezzjoni tad-Dejta mid-Disinn (kun af li tista’ ssib it-terminu “Privacy by Design” f’diversi testi wkoll) huwa indirizzat fir-Regolament Ġenerali 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (ir-Regolament daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2016, u għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2018). Għal iktar informazzjoni, ara r-rapport tal-ENISA Privacy and Data Protection by Design: https://www.enisa.europa.eu/activities/identity-and-trust/library/deliverables/privacy-and-data-protection-by-design

 

Tabilħaqq, din hija t-tweġiba t-tajba. Il-Protezzjoni tad-Dejta mid-Disinn huwa approċċ li jippromwovi l-privatezza billi jiżgura l-bini ta’ salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta (bħall-minimizzazzjoni tal-ipproċessar ta’ dejta personali, l-ippsewdonimizzar tad-dejta personali mill-iktar fis eċċ.) fil-prodotti u s-servizzi mill-iktar stadju bikri tal-iżvilupp ta’ softwer. Il-bżonn tal-Protezzjoni tad-Dejta mid-Disinn (kun af li tista’ ssib it-terminu “Privacy by Design” f’diversi testi wkoll) huwa indirizzat fir-Regolament Ġenerali 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (ir-Regolament daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2016, u għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2018). Għal iktar informazzjoni, ara r-rapport tal-ENISA Privacy and Data Protection by Design: https://www.enisa.europa.eu/activities/identity-and-trust/library/deliverables/privacy-and-data-protection-by-design

 

B’xorti ħażina, din mhijiex tajba, għad li l-kriptografija tista’ tkun inkorporata f’teknoloġija bħala deċiżjoni dwar il-privatezza. It-tekniki kriptografiċi jistgħu jitqiesu li huma forma ta’ Teknoloġija ta' Infurzar tal-Privatezza (“PET”), fis-sens li jipprovdu kunfidenzjalità tad-dejta; madankollu, il-kriptografija hija biss eżempju wieħed ta’ miżura teknika li tista’ tippromwovi l-privatezza. It-tweġiba t-tajba hija l-Protezzjoni tad-Dejta mid-Disinn, li huwa approċċ li jippromwovi l-privatezza billi jiżgura l-bini ta’ salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta (bħall-minimizzazzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali, l-ippsewdonimizzar tad-dejta personali mill-iktar fis eċċ.) fil-prodotti u s-servizzi mill-iktar stadju bikri tal-iżvilupp ta’ softwer. Il-bżonn tal-Protezzjoni tad-Dejta mid-Disinn (kun af li tista’ ssib it-terminu “Privacy by Design” f’diversi testi wkoll) huwa indirizzat fir-Regolament Ġenerali 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (ir-Regolament daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2016, u għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2018). Għal iktar informazzjoni, ara r-rapport tal-ENISA Privacy and Data Protection by Design: https://www.enisa.europa.eu/activities/identity-and-trust/library/deliverables/privacy-and-data-protection-by-design

 


Mod aħjar kif jiżguraw il-privatezza tiegħek ikun li l-fornituri tas-servizzi jinkorporaw deċiżjonijiet dwar il-privatezza direttament fit-teknoloġija stess minflok ma sempliċiment jiddikjaraw l-obbligi ġenerali tagħhom f’dokumenti legali.

 

L-inkorporazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-privatezza fit-teknoloġija tissejjaħ....